Jitnieda jum ta’ tindif fil-Furjana – One News

Notifiki

Jitnieda jum ta’ tindif fil-Furjana

Il-jum ta’ tindif fil-Furjana kienet opportunità biex ir-residenti jagħtu sehemhom għal lokalità iktar nadifa u xierqa. Dan sar ferm iktar kruċjali hekk kif fl-aħħar snin il-Furjana kibret u saret iktar bieżla.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista huwa konxju mill-fatt li l-Kunsill Lokali ma jistax jaħdem waħdu u spjega kif diġa’ beda diskussjonijiet ma’ diversi sindki fuq kif il-Gvern jista’ jgħin lill-Kunsilli Lokali skont il-bżonnijiet tagħhom.

Deo Debattista ma naqasx milli jikkummenta dwar il-problema ta’ dixxiplina f’Malta u li din tiġi indirizzata biss b’infurzar. Qal li d-Direttorat mhux se jittollera n-nuqqas ta’ rispett lejn ir-residenti u mhux se jżomm lura milli jħarrek lil dawk li jinqabdu jħammġu.

Madanakollu hawn ħafna li minn jeddhom jieħdu l-inizjattiva u jagħtu sehemhom sforz lokalitajiet aktar nodfa. Debattista stqarr li jieħu gost jara ż-żgħażagħ jieħdu inizzjattiva u jagħtu sehemhom filwaqt li faħħar lil dawk kollha li qed jaħdmu għal Malta fl-aqwa tagħha.

Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili, u residenti tal-lokal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend