Anzjan ta’ 71 sena li joqgħod ir-Rabat indarab wara li skiddja bil-mutur tiegħu tat-tip Honda fi Triq in-Nutar Zarb, Ħ’ Attard.
Fuq il-post issejjħet ambulanza, li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Aktar huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-11.00pm.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.