Il-Prinċep Karlu jinsab f’Malta fejn għall-ħabta tas-19:00 se tkun qed tibda iċ-ċerimonja tal-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-għoti tal-George Cross. Ċerimonja li se jattendi għaliha il-Prinċep Karlu, Prinċep ta’ Wales.
Għada l-Prinċep Karlu se jkun il-kelliem ewlieni waqt il-konferenza Our Ocean, li se tkun qed tinżamm f’pajjiżna għall-ewwel darba.
Bħala mexxej favur l-ambjent li ilu jmexxi kampanja favur is-saħħa u r-reżistenza tal-oċean għal aktar minn 40 sena.
Mal-wasla tiegħu f’Malta il-Prinċep li huwa ukoll l-President tal-Victoria Cross and George Cross Association kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat ġewwa Kastilja. Għall-laqgħa kienu preżenti post l-oħrajn il-Kummissarju Għoli Ingliż għall-Malta, l-Ministru għall-għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera.
Wara l-Prinċep Karlu żar il-Pro-Katridral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta sabiex jara x-xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru, li se jiswew mat-tlett miljun ewro.
Fit-tieni jum taż-żjara tiegħu. Minbarra li se jkun il-kelliem ewlieni tal-Konferenza “Our Ocean” huwa se jiltaqa’ mal-parteċipanti fi programm tal-ospitalità organizzati mill-Prince’s Trust International.
L-aħħar żjara tal-Prinċep Karlu f’Malta kienet sentejn ilu, meta f’Novembru ta’ 2015 flimkien mad-Dukessa ta’ Cornwall kien akkumpanja lir-Reġina u lid-Duka ta’ Edinburgh għas-summit tal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth.