It-tim ta’ Ħamrun Spartants irnexxielhom jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Cristian Zaccardo. Zaccardo huwa l-ewwel plejer rebbieħ tat-tazza tad-dinja li se jkun qiegħed jingħaqad ma’ club fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonat Malti.
Zaccardo kien parti mit-tim nazzjonali Taljan li fl-2006 rebaħ it-tazza tad-dinja. Huwa kien lagħab tliet logħbiet, waħda kontra l-Ghana, oħra kontra l-Istati Uniti u l-Ukrajna.
L-aħbar uffiċjali ngħatat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Hamrun Spartans akkumpanjat b’ritratt tad-difensur bil-flokk tal-Ispartani.