Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul Awwissu li għadda Malta kellha fost l-anqas rati ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt b’4.2% Malta kellha t-tielet l-anqas rata ta’ qgħad fost is-sebgħa u għoxrin pajjiż tal-UE.
Qabel Malta kien hemm biss ir-Repubblika Ċeka b’2.9% u l-Ġermanja b’4.2%.
Meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena li għaddiet ir-rata ta’ qgħad f’Malta niżlet minn 4.7% għal 4.2%
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru wkoll li matul dn ix-xahar, Malta baqgħet iżżomm ukoll fost l-anqas rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ taħt il-ħamsa u għoxrin sena.
Bi 11.9% Malta kellha r-raba’ l-anqas rata ta’ qgħad f’din il-kategorija ta’ ħaddiema.
L-ogħla rata ta’ nies qiegħda ġiet irreġistrati fil-Greċja b’21.2% segwita minn Spanja bi 17.1%. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ f’dawn il-pajjiżi kienet ‘il fuq minn 43%.