6,000 persuna se jkunu qed igawdu minn ħlasijiet wara inġustizzji li saru fil-passat. Kien dalgħodu li tħabbru ħlasijiet li jammontaw għal kważi 11-il miljun ewro lill-persuni jew l-eredi tagħhom.
Fost dawk li se jkunu qed igawdu minn dawn il-ħlasijiet hemm;
- Persuni li kienu fil-korpi tax-xogħol , u oħrajn li qabel daħlu fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f’dipartimenti tal-Gvern qabel l-1979.
- Ħaddiema tax-xatt li kienu liċenzjati bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007 u li ma kinux hekk liċenzjati wara dan il-perjodu.
- Uffiċjali tal-pulizija għal “sahra” maħduma bejn l-1 ta’ Settembru 1993 u l-31 ta’ Diċembru 2009.
- Ex-ħaddiema ta’ Malta Electricity Board.
B’hekk madwar 6,000 persuna se jirċievu l-ewwel pagamenti tagħhom skont il-każ skont ħlasijiet li jibdew jinħarġu minn din il-ġimgħa stess.