Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-ġenituri tiegħu | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-ġenituri tiegħu

Żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti akkużat li hedded u ħebb għall-ġenituri tiegħu u għal ħuh, f’każ li hu mifhum li hu relatat ma’ abbuż ta’ droga.

Iż-żagħzugħ mhux l-ewwel darba li xellef difrejh mal-ġustizzja.

Tant li dalgħodu ġie akkużat ukoll li kiser ordnijiet tal-Qorti, fosthom li ma baqax jiffirma fl-għassa ta’ Raħal Ġdid.

Il-Maġistrat Claire Zammit Stafrace filwaqt li ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, irrakomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex iż-żagħżugħ jingħata l-kura meħtieġa għall-abbuż mid-droga.

Hija ordnat ukoll ordni proviżorja ta’ superviżjoni waqt li ż-żagħżugħ ikun il-ħabs.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend