Il-President tal-Botswana, il-Logutenent Ġeneral Seretse Khama Ian Khama, se jibda żjara uffiċjali f’Malta tard illejla.
Fost l-oħrajn se jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Colerio Preca.
F’Kastilja, il-President tal-Botswana se jkollu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat u wara ż-żewġ pajjiżi mistennija jiffirmaw ftehim dwar it-taxxa doppja.
Kemm l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mistennija jkollhom laqgħat ta’ korteżija mal-President tal-Botswana.
L-aspett kulturali taż-żjara tal-President Ian Khama se jinkludi żjarat il-Birgu, il-Port il-Kbir, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, Ħaġar Qim u l-Imdina.
Din hi l-ewwel żjara f’Malta minn President mill-Botswana, pajjiż fin-naħa ta’ isfel tal-kontinent Afrikan.