Aktar minn 760 midruba fi Spanja | One News

Notifiki

Aktar minn 760 midruba fi Spanja

Aktar minn 760 persuna ndarbu fi Spanja waqt ġlied m’uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw iwaqqfuhom milli jivvutaw fir-referndum dwar l-indipendenza ta’ Katalunja minn Spanja.

Il-Gvern Spanjol kien wiegħed li jwaqqaf il-votazzjoni wara li kienet iddikjarata illegali mill-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, iżda l-Katalani sfidaw din id-deċiżjoni u xorta għamlu r-referendum.Fil-kapitali tar-reġjun, Barċellona, numru t’uffiċjali tal-Pulizija sparaw balal tal-lakstu waqt protesti li saru favur ir-referendum.

Il-votazzjoni kellha tagħlaq fit-20:0, madanakollu kelliem għall-Gvern Katalan qal li kull min ikun fil-kju dak il-ħin xorta jista’ jivvota.

Meta tkellem wara li għalqet il-votazzjoni, il-Prim Ministru Spanjol qal li hu ma rrikonoxxiex il-vot, u żied li l-Katalani kienu mqarrqa jieħdu sehem f’referendum illegali.

Il-mistoqsija fir-referendum kienet jekk iridux li Katalunju ssir stat indipendenti, jew le.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend