L-anzjani attivi maż-żgħażagħ | One News

Notifiki

L-anzjani attivi maż-żgħażagħ

Mal-100 anzjan u anzjana li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġrew ġirja ta’ kilometru mad-dawra tal-istess residenza.

Dan bl-għajnuna tal-familjari tagħhom u carers, li lkoll ħadu sehem f’attività organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Anzjani; fl-istess waqt li ġie mfakkar il-125 anniversarju mill-ftuħ tal-Faċilità għal Kura fit-Tul f’San Vinċenz.

Magħhom ħadu sehem numru t’atleti żgħażagħ u adulti, li ġrew ġirja ta’ ħames kilometri mat-toroq tal-madwar; fosthom Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi.

Iċ-ċkejknin kienu dawk li taw bidu għall-ġirja, bl-anzjani jsegwu, u wara ftit minuti waslet lura l-ewwel koppja : l-anzjana Doris, u l-carer Oliver.

Hekk kif l-anzjani kollha waslu lura, ingħataw medalja ta’ parteċipazzjoni bħala tifkira ta’ ġurnata li f’temp mill-isbaħ u f’arja friska, xprunat l-anzjanità attiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend