Imniedi l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2017 | One News

Notifiki

Imniedi l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2017

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nediet il-‘Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2017’.
L-applikazzjonijiet għan-nominazzjonijiet se jkunu miftuħa onlajn fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru bejn l-1 ta’ Ottubru sat-23 ta’ Ottubru.
Flimkien mal-premju tal-ħaddiem tas-sena se jingħataw sitt premjijiet oħra; premju għall-aqwa ħaddiem, l-aqwa manager, l-aqwa employer, l-aqwa tim ta’ ħaddiema, u żewġ premji ġodda li jippremjaw il-kumpaniji għall-ugwaljanza u l-miżuri favur il-familji fil-ħidma tagħhom.
Il-Ministru Helena Dalli saħqet li dawn il-premji jippremjaw lil dawk li l-liġi u l-ħidma tal-Gvern ma jħalluhiex fuq il-karta imma japplikawha fil-ħidma tagħhom. Ir-rebbieħa jitħabbru f’serata finali fis-6 ta’ Diċembru.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend