Wirja Marjana f'Ħal Luqa | One News

Notifiki

Wirja Marjana f’Ħal Luqa

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, qed tittella’ Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.

Din il-wirja qed tittella’ għall-ewwel darba fir-raħal ta’ Ħal Luqa, propju għall-festi tal-Madonna taċ-Ċintura u tar-Rużarju. Qed ikunu esebiti numru ta’ xogħlijiet artistiċi b’tema Marjana, fosthom pitturi u statwi ta’ artisti magħrufa sew fix-xena lokali , fosthom xogħlijiet ta’ Lecce ,Guiseppe Calì, Paolo Camilleri Cauchi, Enrico Arnaud, Giuseppe Hyzler, Manuel Farrugia, Carmelo Mallia, Antonio Mifsud u oħrajn.

Barraminhekk ġew mistiedna soċjetajiet u għaqdiet Mużikali li jiċċelebraw festi Marjani biex jieħdu sehem f’din l-esebizzjoni permezz ta’ standard jew bandalora tas-Soċjetà tagħhom li ġġib l-istemma jew xbieha tal-Verġni Marija.

Il-wirja se tkun miftuħa bejn is-18:00 u d-21:00, filwaqt li l-Ħadd tkun miftuħa wkoll bejn id-09:00 u 12:00.

Għal iktar dettalji tistgħu żżuru l-paġna ta’ Facebook tal-istess sezzjoni :

https://www.facebook.com/AjklieriHalluqin/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend