Trump iżur 5 pajjiżi fl-Ażja | One News

Notifiki

Trump iżur 5 pajjiżi fl-Ażja

Ix-xahar id-dieħel, il-President Amerikan Donald Trump se jipparteċipa f’summits reġjonali f’ħames pajjiżi Ażjatiċi.

Fi vjaġġ ta’ 11 il-ġurnata, Trump mistenni jżur il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, il-Vjetnam u l-Filippini, flimkien mal-istat Amerikan tal-Hawaii.

Fi stqarrija il-White House ntqal li l-impenji tal-President Amerikan fl-Ażja, se jgħinu biex tkun riżolta l-kwistjoni internazzjonali relatata mat-theddida tal-Korea ta’ Fuq.

Theddida li kompliet teskala fl-aħħar xhur; bil-pajjiż Ażjatiku wettaq is-sitt test nukleari minkejja kundanna internazzjonali.

F’diskors lin-Nazzjonijiet Magħquda aktar kmieni dan ix-xahar, Trump hedded li jeqred lill-Korea ta’ Fuq, fl-istess waqt li ddeskriva l-missjoni tal-mexxej Kim Jong-un bħala suicide mission.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend