AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Raġel arrestat wara ġlieda fil-Marsa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Raġel arrestat wara ġlieda fil-Marsa

Bħalissa għadha kif seħħet ġlieda fil-Marsa. sorsi li kienu fuq il-post tal-inċident qalu lil one.com.mt li għal raġunijiet mhux magħrufa raġel barrani qabad jgħajjar raġel ieħor Malti li kien għadu kif ħareġ mil-binja tal-kunsill lokali. Allegatament il-barrani ħareġ ħadida li kienet imwaħħla ma katina u qabad ixejjirha fid-direzzjoni tal-Malti.

Dak il-ħin inġabru numru ta’ persuni oħra fejn irnexxielhom isakkru lill-barrani ġol-bini tal-latrina sakemm waslu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizijau ttieħed l-għassa tal-Ħamrun għal aktar stħarriġ.

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa qal li wara l-każ li ġara dalgħodu l-Kunsill  qed jappella lill-awtoritajiet biex ikomplu jieħdu l-miżuri kollha neċessarji kif kienu qed jittieħdu dawn il-ġranet biex il-lokal tal-Marsa iħossu aktar sigur.

Il-Kunsill aappella biex l-għassa tal-lokalita’ tkun mgħammra b’dak li hu neċessarju f’ċirkostanzi bħal dawn li qed jiġru ta’ spiss.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend