Mixli li stupra tifla ta’ 12-il sena – One News

Notifiki

Mixli li stupra tifla ta’ 12-il sena

Żewġt irġiel Sirjani ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ żewġ ibniet taħt l-età u li kienu ġew irrapportati nieqsa minn djar ta’ tfal.

 Mustafa al Hmiedi ta’ 23 sena mill-Marsa u Fayiz Alkatiba ta’ 41 sena mill-Ħamrun li jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni, wieġbu mhux ħajta li ħadu sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u li pprovaw jaggredixxu sesswalment lil bniet f’każijiet separati.

 Is-Sur Alkatib ġie akkużat li stupra tifla ta’ 12-il sena, li kkorrompiha u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali magħha u ma’ tifla oħra ta’ 13-il sena.

Is-Sur Hmeidi ġie mixli li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ tifla ta’ 12-il sena, li għenha biex taħrab mid-dar tat-tfal u li wettaq reat waqt li kien b’sentenza sospiża. 

It-tifla ż-żgħira qalet lill-pulizija li kienet qed tgħix mas-Sur Alkatib u li kellha x’taqsam sesswalment miegħu.

 L-ispettur tal-Pulizija John Spiteri oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest. Qal li hemm riskju ċar li s-Sirjani setgħu jerġgħu jersqu lejn il-bniet. 

Qal li bosta drabi ż-żewġt ibniet spiċċaw jiġru fit-triq wara li jaħarbu mid-dar tat-tfal.

Huwa qal li t-tfal kienu xhieda vulnerabbli, anke minħabba l-fatt li t-tnejn li huma la għandhom ġenituri u lanqas familja. Qal li ħafna drabi kienu jispiċċaw fil-pjazza tar-raħal u jagħmlu kollox għall-flus. 

Il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati waqt li ordnat li isem it-tfal ma jixxandarx u lanqas isem l-istituzzoni li jgħixu fiha. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend