100 jum ta' wegħdi mwettqa | One News

Notifiki

100 jum ta’ wegħdi mwettqa

L-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista b’mandat ġdid fissru bidu tajjeb fit-twettieq tal-manifest elettorali “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.” Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista li matulha l-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef u d-Deputat Edward Zammit Lewis taw rendikont ta’ wegħdi ewlenin li diġa’ twettqu fl-ewwel tliet xhur ta’ gvern ġdid immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Daniel Micallef fakkar kif kellna l-konferma li Malta telgħet fil-livell A+ minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u kif Malta temmet bl-unuri l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Id-deputat Edward Zammit Lewis irrefera għall-investiment fl-infrastruttura u t-tisbiħ fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna fejn sal-bieraħ stess tħabbar proġett ta’ erbgħa u għoxrin miljun ewro. Sostna li għal gvern, is-suċċess ekonomiku mhux iżolat u l-familji qegħdin igawdu minn servizz tas-saħħa aħjar, anke bl-introduzzjoni ta’ iktar mediċini b’xejn għall-pazjenti bil-kanċer. Fl-istess ħin beda jinqata’ l-frott ta’ investimenti li tħabbru fil-leġiżlatura li għaddiet bi sħubija mal-privat. Fosthom il-ftuħ tal-kampus tal-Università Amerikana ta’ Malta u dik ta’ Barts f’Għawdex.

Filwaqt li ngħata id-daqqa tal-mewt l-użu tal-heavy fuel oil. Tant li issa qed tiżżarma wkoll iċ-ċumnija l-kbira li kien hemm fl-impjant antik ta’ Dellimara. “Fl-aħħar ġimgħat rajna emfasi fuq ċerti minn dawn il-kisbiet, imma qegħdin hawn biex infakkru li dawn huma riżultat ta’ partit li jżomm kelmtu,” qal Zammit Lewis. Peró ħarset il-Partit Laburista hi wkoll lejn il-ġejjieni u l-implimentazzjoni ta’ wegħdi importanti bħal leave li jaqa’ fit-tmiem il-ġimgħa li dwaru bdiet il-konsultazzjoni. Hawn Daniel Micallef fakkkar li huwa l-moviment tal-Partit Laburista l-uniku garanzija li din il-miżura tkun implimentata. “Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qalilna biss li għandna l-iktar leave fid-dinja,” żied Micallef. “Bħalma hu dan il-moviment li kommess jindirizza d-defiċit fir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika,” kompla jgħid il-President tal-Partit Laburista. Finalment tenna kif dan hu każ ieħor li juri kif il-Partit Nazzjonalista jaħseb fil-ġimgħa d-dieħla u l-Partit Laburista fil-ġenerazzjoni li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend