1,276 student jiksbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC – One News

Notifiki

1,276 student jiksbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC

  • 1,276 studenti li għandhom 18-il sena kisbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC

Din is-sena 4,270 student poġġew għall-eżamijiet tas-sessjonijiet tal-MATSEC ta’ Settembru għal total ta’ 65 suġġett. Minn dawn, 2,754 kandidat għamlu minn tal-inqas eżami wieħed tal-Matrikola.

Dan hekk kif dawk li japplikaw għall-eżamijiet tal-Matrikola għandhom opportunità biex jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru sabiex itejbu l-marka li jkunu kisbu fl-ewwel sessjoni.

Meta wieħed janalizza r-riżultati li nkisbu din is-sena, minn 1,873 kandidati li għandhom 18-il sena li rreġistraw biex jagħmlu eżami tal-Matrikola, 1,276, jiġifieri 68%, kisbu ċertifikat tal-MATSEC.

Hekk kif f’Malta kull individwu jingħata ċ-ċans li jagħmel l-eżamijiet kemm f’Mejju/Ġunju u kif ukoll f’sessjoni f’Settembru, dawn huma r-riżultati taż-żewġ sessjonijiet flimkien;

74.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fl-Ingliż

72.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Malti

70% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Fiżika

61.9% tal-kandidati kisbu marka ta’ bejn 1 sa 5 fil-Matematika.

Skond l-istqarrija maħruġa mil-uffiċċju tal-MATSEC din il-figura tikkumpara sew ma dik miksuba fis-snin preċedenti.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend