Tinżamm l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-impjant il-ġdid ta’ enerġija mill-iskart – One News

Notifiki

Tinżamm l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-impjant il-ġdid ta’ enerġija mill-iskart

Ilbieraħ inżammet l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tekniku mqabbad apposta biex janalizza u jikkonverġi rapporti dwar l-aħjar teknoloġija li għandha tiġi użata f’pajjiżna għall-impjant il-ġdid ta’ waste to energy. Matul din il-laqgħa, li għaliha attenda il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera, minħabba li kienet waħda ta’ introduzzjoni, ġie spjegat it-terms of reference ta’ dan il-kumitat.

Għal din il-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti l-membri kollha tal-Kumitat imħabbar mill-Ministru Herrera fil-jiem li għaddew, kien mistieden ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni li baqa’ ma attendiex. 

Il-Ministru José Herrera fakkar li din hija waħda mill-akbar sfidi li għandu l-pajjiż u flimkien irridu naslu biex ikollna l-aqwa u l-aħjar teknoloġija li tkun ambjentalment aċċettabbli biex timmaniġġja madwar 40% tal-iskart tal-pajjiż, filwaqt li nkomplu nżidu l-isforzi tagħna sabiex nirriċiklaw l-iskart. Il-Ministru Herrera appella lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista sabiex jappunta membru minn tiegħu ħalli jkun parti minn din id-diskussjoni li trid issir.

Sadanitant il-Ministru Herrera appella wkoll lill-Oppożizzjoni biex tappunta l-membru tagħha fuq il-Bord tal-ERA, wara li din għadha ma kkomunikatx r-rappreżentant tagħha li jista’ jservi fuq dan il-Bord wara r-riżenja ta’ Prof Maria Attard minn fuq dan il-Bord aktar minn tliet xhur ilu. Il-Ministru jfakkar li l-ligi tipprekludi lil xi Deputat Parlamentari milli jservi fuq dan il-Bord u għalhekk ikun inutli li l-Oppożizzjoni tibqa’ tippersisti li fuq dan il-Bord jservi xi wieħed mid-Deputati tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend