Raġel ġarrab ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija mid-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ li sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn vettura tat-tip Toyota tercel, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Swieqi u vettura tat-tip Mitsubishi Pajero Junior misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 55 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.