Il-problema ta’ Jean Pierre Debono, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għadha ma waqfitx hawn. Is-sit tal-Maltatoday żvela li l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina qed jikkunsidra li jlaqqa’ b’urġenza l-imsemmi kunsill sabiex jiddeċiedu x’passi għandhom jittieħdu fil-konfront ta’ Debono. Dan irid isir sabiex jinvestiga lil Debono wara li uża prokuri b’ firem foloz sabiex jiġbor id-dokumenti tal-vot ta’ diversi tesserati. Azzjoni li ġiet deskritta bħala ħadma mill-kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Borg.
Għalkemm fir-rapport li ħareġ il-bieraħ, Debono ġġustifika l-azzjonijiet tiegħu l-Kummissjoni ma kienitx tal- istess fehma.
Id-deputat Jason Azzopardi kien minn tal-ewwel li kkritika l-azzjonijiet ta’ Debono fejn saħansitra akkużaħ li huwa parti mill-establishment ta Delia.