Ġuvni ta’ 15-il sena ndarab ġravi wara li l-Ġimgħa filgħaxija ttajjar minn vettura f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq il-Wied meta għal xi raġuni ntlaqat minn vettura ta’ tip Opel Adam misjuqa minn raġel ta’ 48 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.