Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg jinsab f’Tallinn fl-Estonja biex jattendi avvenimenti relatati mal-Laqgħa Informali tal-Ministri għat-Trasport u għall-Enerġija organizzata għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Estonja 2017, b’laqgħat imtellgħin ilbieraħ u llum.
Il-parteċipazzjoni ta’ Dr Borg fil-laqgħa informali ma’ ministri oħrajn għat-trasport kif ukoll dawk għall-enerġija fl-UE inkludiet diskussjonijiet dwar diversi suġġetti importanti fosthom dak li hu mistenni fl-iżvilupp tal-infrastruttura sal-2020, it-titjib tal-konnettività tal-ajru fl-Ewropa għal koeżjoni aħjar, il-kisbiet tal-politika tat-TEN-T u t-triq ’il quddiem.
Waqt din iż-żjara, il-Ministru Borg ipparteċipa wkoll f’laqgħat bilaterali mal-Kummissarju Ewropew għat-Trasport Violetta Bulc u mal-Koordinatur Ewropew għall-kurituri tan-network ewlieni tal-iSkandinavja u l-Mediterran Pat Cox. Waqt il-laqgħa mas-Sinjura Bulc, Dr Borg iddiskuta suġġetti ta’ importanza għal pajjiżna fosthom il-kwistjonijiet tal-avjazzjoni, il-marittimu, it-TEN-T networktat-toroq u s-CEF, u l-pakkett ta’ mobbiltà.
Ritratt: MTIP