Busuttil fuq quddiem u l-Kap bilqiegħda f’nofs il-knisja – One News

Busuttil fuq quddiem u l-Kap bilqiegħda f’nofs il-knisja

Il-kwistjoni tas-siġġu ta’ Delia kompliet toħroġ aktar fid-deher dalgħodu waqt il-Quddiesa Pontifikali f’Jum l-Indipendenza.

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia spiċċa bilqiegħda f’nofs il-knisja wara li Simon Busuttil, l-ex Kap tal-Partit għadu jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

One News jinsab informat li fl-aħħar sigħat il-Partit Nazzjonalista għamel pressjoni kbira biex Delia jpoġġi fl-ewwel ringiela, madankollu f’ċirkostanzi bħal dawn, il-protokoll huwa stabbilit.

Saħanistra anke nies fil-Partit Nazzjonalista bdew jagħtu parir lil Delia biex titwaqqaf din il-pressjoni għax qed ikompli jidher li ma jafx l-affarijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend