Huma bosta Maltin li għażlu li jqattgħu tmiem il-ġimgħa fil-gżira Għawdxija dan hekk kif din il-ġimgħa tmiem il-ġimgħa hu wieħed itwal minn tas-soltu peress li llum qed niċċelebraw il-Jum tal-Indipendenza.
Temp sabiħ b’xemx li tbiddillek il-burdata tikkumplimenta l-ewwel jiem tal-Ħarifa fejn żgur mhux forsi tgħamilha iktar faċli għal dak li jkun biex joħroġ mid-dar u jippjana erbat ijiem ta’ vaganza.
Fil-fatt ritratt li bagħtilna qarrej minn tagħna juri serbut ta’ vetturi jistennew biex jaslu għal ħdejn il-vapur t’Għawdex biex minn hemm jerħulha għall-gżira Għawdxija.