Jinstab sottomarin ta’ żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija – One News

Jinstab sottomarin ta’ żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija

Il-fdalijiet ta’ sottomarin Ġermaniż li għereq matul l-Ewwel Gwerra Dinjija instabu f’dawn l-aħħar jiem fil-Baħar tat-Tramuntana, b’uffiċjali jemmnu li jista’ jkun għad hemm ukoll tlieta u għoxrin katavru ġewwa fih.

Is-sottomarin militari, msejjaħ ukoll ‘U-Boat’, instab f’kundizzjoni tajba ħafna f’fond ta’ madwar tletin metru ftit ‘il barra mill-kosta Belġjana.

“Mill-istat kważi intatt, nemmnu li l-iġsma tal-ekwipaġġ jista’ jkun għadhom kollha abbord,” qal il-Gvernatur tal-Punent ta’ Flanders, Carl Decaluwé.

Huwa maħsub li l-bastiment kien ġie mgħerreq minn attakk ta’ bomba mill-baħar. Il-gvernatur qal lill-ġurnalisti li l-post fejn twettqet din l-iskoperta’ għalissa mhux qed jintqal sabiex tiġi evitata l-possibilta’ li jkun hemm nies li jmorru viċin wisq tas-sottomarin jew li jiġu misruqa jew mħassra partijiet minnu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend