L-ex sindku nazzjonalista tal-Mosta u d-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li ma jridx iċedi s-siġġu parlamentari tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Bartolo kien wieħed mill-ħames kandidati Nazzjonalisti li telgħa fil-Parlament f’elezzjoni kazwali u li jistgħu jcedulu s-siggu.
Il-gazzetta Malta Today irrapportat li l-Tlieta filgħodu Ivan Bartolo kellu laqgħa mad-deputat nazzjonalista Clyde Puli u Pierre Portelli – d-direttur ta’ The Malta Independent u konsulent għal Adrian Delia bil-għan li jikkonvincuh jcedi s-siġġu lil Delia.
Ivan Bartolo irrifjuta li jagħti dettalji dwar x’intqal f’din il-laqgħa, izda saħaq li mhux se jirrizenja mis-siġġu parlamentari tiegħu biex Delia jiġi co-opted fil-Parlament.
Minkejja li n-nħatar Kap tal-Partit, Delia għadu bla pjan dwar kif se jidħol fil-Parlament.
Ix-xnigħat jibqgħu li s-salvazzjoni tiegħu tkun id-deputat Nazzjonalista Maria Fatima Deguara, mart l-ex ministru Louis Deguara għalkemm minkejja li fl-aħħar sigħat iddikjarat li ma kellha ebda intenzjoni li tagħmel dan.
Is-Sinjura Deguara ġiet eletta fuq il-11-il distrett wara li l-whip Nazzjonalista David Agius ċeda s-siġġu tiegħu fuq dan id-distrett.
Il-Parlament se jiftaħ ġimagħtejn oħra u jekk ifalli l-pjan ta’ Adrian Delia jispiċċa bla siġġu parlamentari u b’Simon Busuttil jiqba jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.