Aktar minn 200 persuna jitilfu ħajjithom fil-Messiku – One News

Aktar minn 200 persuna jitilfu ħajjithom fil-Messiku

Terremot qawwi li kejjel sebgħa punt wieħed fuq l-iskala Richter, heżżeż liċ-ċentru tal-Messiku.

Terremot li mhux biss ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 200 persuna, iżda ġarraf ukoll għexieren ta’ binjiet fil-kapitali, Mexico City.

Waħda minnhom hija skola, bil-President tal-Messiku jgħid li t-tiġrif ta’ din il-binja ħalla għoxrin tifel u tifla bla ħajja, u għexieren oħra għadhom maqbuda taħt it-tifrik.

Dan it-terremot seħħ tnejn u tletin sena wara li terremot ieħor kien ħalla eluf mejta f’Mexico City.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Messiku ntlaqgħat minn terremot ieħor b’qawwa ta’ tmienja punt wieħed fuq l-iskala Richter, li ħalla mill-inqas disgħin persuna mejta.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend