Raġel mixli li stupra tifla – One News

Notifiki

Raġel mixli li stupra tifla

Raġel ta’ 62 sena ntbagħat fit-taqsima forensika tal-isptar monte carmeli wara li ġie mixli li stupra tifla taħt wara li offriela li tmur tgħix għandu minħabba li ommha u missierha keċċewha mid-dar.

Fil-qorti ngħad li l-ewwel abbuż fuq it-tifla seħħ lejlet il-Milied ta’ tliet snin ilu bil-vittma tibqa’ tgħix miegħu wara li ma kellhiex saqaf fuq rasha. Ingħad li konsegwenza ta’ dan it-tifla kompliet tiġi abbuzata sesswalment.

Il-Qorti semgħet ukoll kif it-tifla kienet tistieden lil sħabha ġewwa d-dar tar-raġel sabiex jgħinuha fix-xogħol tad-dar.

Ir-raġel ammetta li kellu x’jaqsam sesswlament mat-tifla izda wieġeb mhux ħati li stupraha. Huwa tenna li li l-attività sesswali bejniethom saret b’mod konsenswali.

L-avukat tad-difiża stqarr li r-raġel kellu kundizzjoni mentali u kien qed jieħu xi mediċini u għalhekk talab lill-Qorti biex taħtar psikjatra u teżamina lill-akkużat.

Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja rrakkomanda li r-raġel jinzamm arrestat fit-taqsima forensika li tinsab f’Monte Carmeli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend