Jisfronda saqaf f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

Jisfronda saqaf f’Tas-Sliema

Ħadd ma weġġa’ wara li sfronda saqaf ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq Pace, Tas-Sliema.

Huwa mifhum li fil-viċinanzi kien hemm krejn li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni. Il-krejn kien qed itella’ xi ġebel meta ċedew fuq is-saqaf tal-blokka.

B’riżultat ta’ dan, sfronda s-saqaf ta’ dawn l-appartamenti.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.00.

Dwar il-każ se tinfetaħ inkjesta biex jiġi stabbilit x’wassal biex dan is-saqaf jisfronda.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend