Jinżammu arrestati wara li nqabdu b'70 kilo droga | One News

Notifiki

Jinżammu arrestati wara li nqabdu b’70 kilo droga

Michael Aquilina ta’ 44 sena u Greta Grassi, Taljana ta’ 22 sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li fil-bidu tax-xahar inqabdu fil-pussess ta’ madwar sebgħin kilo kannabis fuq dgħajsa fl-Għadira.

Espert tal-Qorti kkonferma li l-basket li nstab fuq id-dgħajsa kien mimli bi blokki ta’ resina tal-kannabis.

Spettur tal-Pulizija qalet li l-pulizija sabet aktar droga fil-pussess tat-Taljana wara li ġiet arrestata fl-Għadira.
Il-każ se jkompli jinstema l-ġimgħa d-dieħla fejn mistennija tittieħed deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend