Jitlef ħajtu f’attrazzjoni bikrija tal-Halloween f’Hong Kong – One News

Notifiki

Jitlef ħajtu f’attrazzjoni bikrija tal-Halloween f’Hong Kong

Ġuvni ta’ 21 sena miet wara li allegatament intlaqat minn oġġett mekkaniku waqt li kien miexi f’dar tal-waħx f’park tad-divertiment ġewwa Hong Kong.

Ir-raġel, li ġie identifikat biss mill-kunjom tiegħu Cheung, instab mitluf minn sensih ħames minuti wara li daħal fl-attrazzjoni li ġġib l-isem ta’ ‘Buried Alive f’Ocean Park.

L-uffiċjali tal-Park qalu li l-inċident seħħ għaliex l-vittma mexa f’żona pprojbita.

L-attrazzjoni hija parti mill-festival annwali tal-Halloween tal-park tad-divertiment, u s-Sur Cheung kien parti minn grupp li kellu l-opportunita’ jżur s-sit qabel l-ftuħ tal-bibien fil-5 ta’ Ottubru.

Il-Pulizija qalet li tinsab għaddejja b’investigazzjoni, filwaqt li ‘Buried Alive’ ingħalqet sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend