Tfajla tista’ tgħodda b’waħda meta dalgħodu sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Blue Lagoon.
Kien proprju grazzi għal raġel li kien fil-qrib li salva ħajjet it-tfajla, li għandha inqas minn 18-il sena, hekk kif lemaħha b’kumbinazzjoni tiela u nieżla taħt il-baħar. Hu baqa’ jżommha fil-wiċċ sakemm fil-pront ġew il-life guards.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, hu appella lill-awtoritajiet biex jekk jista’ jkun jinfirxu minn tal-inqas tliet ħbula bil-‘floats’ f’nofs il-bajja sabiex kemm jista’ jkun jiġu evitati dawn it-tip ta’ inċidenti.
Ir-raġel spjega kif din it-tfajla bid-dmuegħ f’għajnejha rringrazzjatu talli salvalha ħajjitha, hekk kif filwaqt li hi kienet f’post fejn jilħqilha, minħabba l-kurrent, spiċċat ħarġet iktar ‘il barra bil-konsegwenza li kienet se tgħereq.