L-aħħar tagħrif li waslilna juri li kien hemm ħinijiet fejn il-votazzjoni għall-ħatra ta’ Kap f’Ta’ Qali kienet sospiża.
Din qed issir fis-sala tal-għadd tal-voti. L-elezzjoni kienet sospiża għal ftit minuti sakemm fuq il-post marru l-Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà għax hemm ukoll il-qiegħa bdiet tisħon.
Minn naħa l-oħra dettalji ġodda minn fuq il-Fosos jgħidu li kienu n-nies ta’ Delia li marru fuq Jason Azzopardi jitolbu sodisfazzjon kif bħala deputat kien qiegħed hemm jipprova jinfluwenza n-nies.
“L-uniku deputat,” qalulu. F’argument jaħraq Azzopardi saħansitra neża’ n-nuċċali u sfida għall-ġlied lil min kien qed jargumenta miegħu.