It-teknoloġiji tal-ġejjieni, li konlna naħsbu li jsiru biss fil-films, se jkunu għall-wiri matul il-festival Ix-Xjenza fil-Belt, il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru mis-6pm ‘il quddiem.
Dawk li jżuru il-festival se jsibu doża tajba ta’
Installazzjoni tad-dawl jiċċaqlaq, bl-isem Light Pushes Stuff se ssir fi Triq L-Ordinanza, ħdejn il-bini tal-Parlament. Din qed tittella’ mill-grupp Late Interactive b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Fiżika fl-Università ta’ Malta. Is-sena li għaddiet Late Interactive ħoloq Brainrave, sistema li tistà tikkontrolla mużika u stampi billi wieħed juża biss il-ħsieb. Din is-sena, l-installazzjoni hi magħmula minn dwal li jkun kinetic u li jistgħujkunu
Fiż-żona tar-Realtà Virtwali (VR) taħt l-arkati ħdejn Pjazza Regina, se jkunu t-testjati tliet VR apps interattivi. It-tliet apps differenti se jissimulaw l-istrument tal-flawt, kif tkun jekk tgħix fil-ħajja ta’ tfal bl-awtiżmu jew jekk tgħix il-ħajja ta’ tfal migranti ġo klassi. Il-proġett se jkun mmexxi mid-Dipartiment tal-Artificial Intelligence u l-Istitut tal-Logħob Diġitali. B’kollaborazzjoni ma’ OpenTinkers, l-istand se jinkludi ukoll bord interrativ bid-dawl LED, u robots.
Ix-Xjenza fil-Belt – il-festival ta’ Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej,hu organizzat mill-Università ta’ Malta, il-Fond tar-Riċerka (RIDT), il-Kamra Maltija tax-Xjentisti, flimkien ma’ numru kbir ta’ msieħba. Dan hu ffinanzjata mill-Programm