Mara ta’ 37 sena u tifla ta’ 8 snin ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li residenza fiż-Żurrieq inħakmet minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12:15 fi Vjal Blue Grotto.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara u lit-tifla l-isptar Mater Dei biex jirċievu l-kura neċessarja.
Il-mara ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.