Il-President Pollakk iżur pajjiżna għat-tieni darba – One News

Notifiki

Il-President Pollakk iżur pajjiżna għat-tieni darba

F’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lill-President Pollakk Andrzej Duda fit-tieni żjara tiegħu f’pajjiżna.

Muscat ħares lejn il-laqgħa bħala opportunità biex jiddiskuti l-futur tal-Ewropa, fl-istess waqt li jitkelmu dwar ir-rabtiet bilaterali taż-żewġ pajjiżi.

Min-naħa tiegħu, Duda rringrazzja lill-Prim Ministru Malti li sab il-ħin biex jiddiskuti l-problemi li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li bħal ħafna Presidenti u Prim Ministri oħrajn faħħar is-sbuħija ta’ pajjiżna u t-temp li jġib miegħu, innota li Malta u l-Polonja ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess sena – lura fl-elfejn u erbgħa. Għaldaqstant innota li f’dan ir-rigward setgħu jaqsmu l-esperjenzi taż-żewġ pajjiżi fl-aħħar tlettax –il sena, filwaqt li jiddiskutu l-futur.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend