Mattarella jinħatar Kumpann tal-Unur Onorarju fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu – One News

Notifiki

Mattarella jinħatar Kumpann tal-Unur Onorarju fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Il-President Taljan Sergio Mattarella inħatar Kumpann tal-Unur Onorarju  fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

“Fl-affermazzjoni mill-ġdid tal-ħbiberija profonda u speċjali li l-Italja għandha għall-Malta,  nesprimi x-xewqa tiegħi ta’ prosperità lill-President Marie Louise Coleiro Preca u lill-poplu Malti kollu”. Dan kien il-messaġġ li l-President Taljan Sergio Mattarella ħalla fil-ktieb tal-mistednin bħala tifkira taż-żjara tiegħu f’pajjiżna.

Il-President Taljan Segio Mattarella, wasal Malta dalgħodu għall-żjara statali ta’ jumejn. Huwa ntlaqa’ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.

Mal-wasla tiegħu huwa ngħata merħba fi Pjazza San Ġorġ. Huwa jinsab għaddej f’taħdidiet uffiċjali mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fejn fi tmiemhom se jkunu qed jindirizzaw il-ġurnalisti.

Il-Presidenti skambjaw xi rigali fejn il-President ta’ Malta tatu karozzin tal-fulugranu u l-President Mattarella taha vażun tal-murano ta’ Venezja.

Wara mistenni ikollu taħdidiet ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Se jkun qed iżur ukoll postijiet t’interess kulturali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend