Hekk kif ix-xogħol estensiv fil-Marsa għaddej ġmielu, illejla ser jitkompla l-asfaltar fil-parti li minn Triq l-Ingiered tieħdok Ħal Qormi.
Għalhekk din il-parti tat-triq mill-junction li tieħdok lejn Triq l-Imdina jew Triq L-Iljun ser tkun magħluqa għat-traffiku llejla bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Filwaqt li niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, inħeġġu lis-sewwieqa jużaw toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.