Konferma li r-rapport tal-Awditur Ġenerali fl-aħħar qed jingħata widen | One News

Notifiki

Konferma li r-rapport tal-Awditur Ġenerali fl-aħħar qed jingħata widen

Fejn qabel ir-rapport tal-Awditur Ġenerali kien jibqa’ fuq l-ixkaffa u jimtela bit-trab, illum il-ġurnata, taħt din l-amministrazzjoni, ir-rapport qed jingħata l-attenzjoni li jistħoqlu. F’dan ir-rapport, li jsir kull sena, isiru għadd ta’ rakkomandazzjonijiet minn naħa tal-Awditur Ġenerali lill-Gvern fejn fl-opinjoni tal-uffiċċju, jkun seta’ mexa aħjar.

Dan ikkonfermah l-Awditur Ġenerali stess, fejn f’kummenti li ta lil ONE News, qalilna li jinstab sodisfatt ferm bix-xogħol tal-Gvern. Charles Deguara spjegalna kif anke fejn il-Gvern iħoss li hemm punti ħorox jew li ma jaqbilx magħhom, xorta waħda tingħata spjega lill-uffiċċju għalfejn il-Gvern jew l-istituzzjoni pubblika mxiet b’dak il-mod.

Deguara nnota wkoll li l-iktar rakkomandazzjonijiet li ingħataw widen huma dawk dwar is-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Hu waqt li qal li jħossu sodisfatt għal dan il-kambjament li sar, saħaq li jixtieq li l-pajjiż ikompli jimxi b’dan il-mod, biex finalment, it-taxxi taċ-ċittadini jintefqu bl-aqwa mod possibbli.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend