Taħriġ b’xejn għan-negozji żgħar għal preżenza akbar online – One News

Taħriġ b’xejn għan-negozji żgħar għal preżenza akbar online

Il-Gvern flimkien mal-Awtorità tal-Komunikazzjoni qed iniedu kors b’xejn li jgħati tagħrif lill-imprendituri żgħar.

Il-kors bl-isem ta’ Fast Track se jassisti lill-imprendituri biex jagħmlu l-qabża u jiddiġitalizzaw in-negozju tagħhom.
Dan huwa pass importanti hekk kif dawn in-negozji żgħar għandhom bżonn jifhmu l-importanza ta’ dan il-pass u li jekk ma jagħmluhx ikunu qed jitilfu parti kbira mill-klienti potenzjali.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri saħaq li għalkemm l-ekonomija sejra tajjeb is-suq Malti hemm limitu sakemm jista’ jikber u għalhekk wieħed għandu jħares lejn is-suq diġitali bħala mezz ta tkabbir. Dan il-kors huwa għodda importanti fid-dawl li 70% tan-nies ifittxu informazzjoni fuq l-internet qabel jixtru servizz jew prodott.
L-Awtorità tat-Tkabbir niediet ukoll l-evalwazzjoni tal-mid term dwar l-istrateġija tal-kummerċ diġitali li tidentifika l-isfidi ewlenin fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll tistabilixxi inizjattivi li l-Awtorita’ ser tkun qed tniedi fis-snin li ġejjin sabiex tkompli ssaħħaħ l-użu tal-kummerċ elettroniku.

Il-korsijiet se jibdew fl-aħħar ġimgħatejn t’Ottubru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *