Jiżdiedu l-persuni esposti għat-tipjip passiv | One News

Notifiki

Jiżdiedu l-persuni esposti għat-tipjip passiv

Iktar minn wieħed minn kull erbgħa  persuni li jaħdmu fuq ġewwa qed ikunu esposti għall-tipjip passiv fuq il-post tax-xogħol. Żvelat dan riċeka ġdida preżentata fil-Kungress Internazzjonali tas-Soċjetà Respiratorja Ewropea. 

L-istudju magħmul minn riċerkaturi mill-Imperial College London ħares lejn it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, li fil-maġġoranza tagħhom għandhom liġijiet li jiproteġu lill-ħaddiema minn tipjip passiv.

Għalkemm l-istudju ma sabx riduzzjoni fin-numru ta’ persuni esposti għat-tipjip passiv fir-restoranti u stabbilimenti oħra, żvla ukoll li n-numru ta’ nies esposti fuq il-postijiet tax-xogħol fuq ġewwa żdied.

Fir-riċerka ħadu sehem iktar  minn 55,000 persuna minn madwar l-Ewropa, b’nofshom fl-2009 u n-nofs l-ieħor fl-2014.

F’dawk iż-żmien numru ta’ pajjiżi, fosthom il-Bulgarija, Spanja, il-Belġju u l-Ungerija introduċew liġijiet iktar stretti li jiprojbixxu t-tipjip f’ postijiet pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol fuq ġewwa.

Ir-riċerka turi nuqqas t’infurzar tal-liġijiet eżistenti fuq il-postijiet tax-xogħol, b’pajjiżi bħall-Isvezja, r-Renju Unit u l-Irlanda joffru protezzjoni aħjar lill-ħaddiema minn pajjiżi oħra bħall-Greċja u Ċipru.

 

L-effetti tat-tipjip passiv huma magħrufa sewwa. Dan iżid ir-riskju ta’ stroke, mard tal-qalb kroniku u kanċer tal-pulmun, kif ukoll huwa responsabbli għall-iktar minn 600,000 tal-imwiet madwar id-dinja fis-sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend