Il-Gvern iwaqqaf il-proċess tar-rilokazzjoni tal-immigranti f'Ħal Far; jibqa' impenjat li jagħlaq iċ-ċentru tal-Marsa | One News

Notifiki

Il-Gvern iwaqqaf il-proċess tar-rilokazzjoni tal-immigranti f’Ħal Far; jibqa’ impenjat li jagħlaq iċ-ċentru tal-Marsa

Fi stqarrija l-Gvern tenna li  hu kommess li jagħlaq iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa kif imwiegħed fil-programm elettorali tiegħu.

Fl-aħħar sigħat il-Gvern ra r-reazzjoni tan-nies ta’ Birżebbuġa li qed iħossu li se jintefa’ piż sproporzjonat fuqhom jekk l-immigranti kollha jiġu trasferiti għal Ħal Far.

Għalhekk il-Gvern se jwaqqaf dan il-proċess sakemm tinstab soluzzjoni li tkun ekwa u b’hekk ma jintefax il-piż kollu fuq komunità waħda biss.

Il-Gvern hu kommess li jżomm mal-manifest tiegħu filwaqt li jsib soluzzjoni ekwa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend