Il-Partit Laburista qal li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jirrakkomanda lit-tliet membri parlamentari Ewropej tiegħu jivvotaw favur in-nomina ta’ Simon Busuttil fil-Parlament Ewropej, hija eżempju tan-negattività li m’għandux iħaddan min jintgħażel mit-tesserati biex imexxi lill-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista qal li meta l-Gvern innomina nies serji għal ħatriet fl-Ewropa dejjem sab l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista.
Qal li isem Malta tħammeġ minn Joseph Muscat u li kien il-PN u Simon Busuttil li ħarsu l-interess nazzjonali ta’ pajjiżna.