L-Uffiċċju tal-l-Kummissarju tad-Data f’pajjiżna ma kellu ebdalment b’rabta mal-introduzzjoni tal-Google Street View fix-xhur li għaddew. Google Street View huwa sit fejn ir-ritratti ta’ postijiet madwar id-dinja qegħdin online. Qabel fl-aħħar xhurtnediet il-parti fuq pajjiżna, din kienet ilha titħaddem f’pajjiżi oħra. U mhux darba u tnejn kienet sors ta’ kontroversja. L-iktar minħabba l-privatezza u s-sigurtà.
Bdiet fl-2007 fl-Istati Uniti u llum ġibdet bosta bliet u postijiet madwar id-dinja li tista’ tgawdihom online b’għafsa ’l bogħod. Meta tnediet f’pajjiżna saru diversi artikli kif bosta persuni kienu saħansitra esposti f’ritratti xi ftit imbarazzanti. Min jikserxi regola tat-traffiku, min biż-żiemel u min saħansitra bil-qalziet xi ftit imniżżel. Mistoqsi mill-gazzetta KullĦadd, Ian Deguara, Direttur għall-Affarijiet Tekniċi fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Data, qal: “Dan l-Uffiċċju ma rċieva l-ebda ilment minn xi ċittadin fir-rigward tal-Google Street View fuq Malta minn meta dan is-servizz ġie varat mill-kumpanija Google.”
Iżda, jista’ jkun li dan mhux kumbinazzjoni għax l-uffiċċju tal-Kummissaru tad-Data kien involut sa minn meta ġew Malta u bdew jittieħdu r-ritratti.
“Dan l-uffiċċju kien involut mill-bidu nett u dan hekk kif il-kumpanija Google, Tramite ditta legali ġo Malta li ġiet appuntata speċifikament sabiex tirrappreżentaha, infurmat lill-Kummissarju bid-deċiżjoni tagħha li tinkludi dan is-servizz anke għat-toroq ta’ pajjiżna. Kien hemmhekk li beda l-proċess ta’ approvazzjoni li, b’mod ġenerali, kien jinvolvi l-analiżżar tal-proċessi kollha relatati ma’ dan is-servizz sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe proċessar ta’ data personali fuq it-territorju Malti jsirskont il-liġi u allura b’rispett assolut għall-privatezza taċ-ċittadini kollha. Tajjeb li jingħad illi sibna koperazzjoni assoluta min-naħa tal-kumpanija,” qal Deguara.