Il-festa tal-Madonna tal-Grazzja tiġi Ħadd fuq il-Vitorja u hija waħda mill-aħħar festi tas sajf.
Marbuta ma’ din il-festa hemm il-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi ta’ Ħaż-Żabbar. Pellegrinaġġ li qed jikber ma’ kull sena hekk kif din id-darba ħadu sehem eluf ta’ Maltin.
Spikkaw ħafna individwi li għażlu li jżejnu ir-roti tagħhom. Min b’xi horn bi ħsejjes differenti u min ukoll b’xi karru maġenb ir-rota sabiex jgħabbi fih lil xi tfal jew saħansitra il-mara.
Il-pellegrinaġġ beda ir-rotta tiegħu għal-Ħaż Żabbar mir-Rabat għall-ħabta tad-9:30 tal-Ħadd filgħodu.