90 persuni jitilfu ħajjithom kawża tat-terremot fil-Messiku | One News

Notifiki

90 persuni jitilfu ħajjithom kawża tat-terremot fil-Messiku

Minn tal-inqas, disgħin persuna mietu kawża ta’ terremot li seħħ fil-Messiku.

Kelliem għall-gvern Messikan qal li wieħed u sebgħin persuna nqatlu fl-istat ta’ Oaxaca biss.

Mijiet ta’ familji qed ikun irrapurtat li qed jikkampanjaw fit-toroq, mbeżża’ mill-perikli ta’ aftershocks.

Is-servizz sismoloġiku Messikan qal li seba’ mija wieħed u għoxrin kienu rrapurtati mill-ewwel theżżiża.

It-terremot kien l-aktar wieħed qawwi li ra l-pajjiż f’seklu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend