AĠĠORNAT: Il-Qorti Ewropea tiċħad l-isfidi tal-Lvant tal-Ewropa dwar il-kwota tal-immigranti – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-Qorti Ewropea tiċħad l-isfidi tal-Lvant tal-Ewropa dwar il-kwota tal-immigranti

Illum,Il-Qorti Ewropea ċaħdet l-isfidi li għamlu l-Ungerija u l-Islovakkja dwar il-kwota ta’ migranti li qed ifittxu ażil fejn kull membru stat tal-Unjoni Ewropea jrid jilqa’ numru ta’ persuni. Meta ressqu l-każijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea l-Ungerija u l-Islovakkja argumentaw li kien hemm żballji proċedurali u kif dawn il-kwoti xorta waħda ma kienux se jsolvu l-kriżi tal-migrazzjoni.

Sentejn wara li din il-kwota ġiet introdotta kienu biss 28,000 elf ruħ li ġew rilokati taħt din l-iskema minn 160,000 persuna li kienu qabblu fuqhom il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Din l-iskema tiskadi fi tmiem dan ix-xahar.

Mill-2015, is-sena li fiha ġiet introdotta din l-iskema, l-Ungerija għadha ma aċċetat l-ebda migrant li qed jfittex l-ażil.

Dawn l-isfidi mill-pajjiżi tal-Lvant kienu għajta ta’ pajjiżi tal-fruntiera sabiex itaffu s-sitwazzjoni tal-imigrazzjoni. Pajjiżi bħall-Greċja u l-Italja.

Uffiċjali mill-Unjoni Ewropea mill-bidu insistew li din l-iskema torbot lill-Istati membri kollha irrilevanti jekk ivvutawx favur jew kontra dan il-ftehim. L-Ungerija, Slovakja, ir-Republika Ceka u r-Rumanija kienu kollha stati li ivvutaw kontra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend