Jibda x-xogħol fuq il-Grawnd tal-Futbol ta' Marsaskala | One News

Notifiki

Jibda x-xogħol fuq il-Grawnd tal-Futbol ta’ Marsaskala

Beda x-xogħol ta’ skjavar fuq art viċin l-park tal-familja f’Wied il-Għajn sabiex isir grawnd tal-futbol.

Il-Gvern se jżomm mal-wegħda tiegħu mal-komunità ta’ Wied il-Għajn li jsir dan il-grawnd.

Il-proġett se jiswa miljun ewro u mistenni jdum sena sabiex jitlesta. Il-pitch se jinkludi ukoll binija amministrattiva fejn se jkun amministrat Marsaskala Football Club ukoll faċilitajiet fosthom tad-dressing room. Se jkun fih żewġ entraturi u se jkollu żona fejn l-partitarji jistgħu isegwu u żpna li se tilqa’ mal-mitejn persuna.

Dettalji dwar dawn il-progett inghataw mill-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend