Il-Federazzjoni Maltija għall-Motorsports esprimiet id-diżappunt tagħha għad-deciżjoni tal-Kummissjoni Interdjocesana Ambjent li talbet lill-Gvern biex iwarrab il-proġett tal-korsa tal-karozzi f’Ta’ Qali.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni qalet li ma tistax tifhem kif il-kummissjoni fi ħdan il-Knisja wasslet għall-konklużjoni li dan il-proġett li fi kliemha għandu aspetti edukattiva, ma jiġġustifikax dan il-proġett meta wieħed iqis in-numru ta’ mwiet fit-toroq Maltin u l-fatt li ħafna dilettanti m’għandhomx fejn jieħdu t-taħriġ necessarju.
Il-Federazzjoni nnotat li minkejja l-popolarita’ ta’ dan l-isport, qatt ma sar investiment serju mill-gvernijiet precedenti.
Qalet li l-atleti Maltin li għandhom għal qalbhom dan l-isport għandu jkollhom il-facilitajiet necessarji biex jitħarrġu u jipprattikaw l-isport tagħhom f’ambjent adegwat u sigur.