Lejlet l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, l-editorjal ta’ THE TIMES fisser it-tellieqa bħala waħda kaotika u sostna li l-farsa li għaddejja bħalissa se tkompli tissokta. Sostna li ħadd mill-erba’ kontestanti ma jikkonvinci b’mod partikolari Adrian Delia li naqas milli jwieġeb għal allegazzjonijiet serji li saru kontrih.
Lejlet l-ewwel rawnd tal-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, l-editorjal ta’ The Times fisser l-elezzjoni fil-Partit Nazzjonalista bħala waħda kaotika u li seta’ ġab fi tmiemha din il-farsa billi jwaqqaf l-elezzjoni u jibdiha mill-ġdid.
Bit-titlu A DAMP SQUIB IN PIETA’, b’referenza għad-deciżjoni nofs sajran li ħa l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista l-Erbgħa li għadda fil-konfront ta’ Adrian Delia, l-editorjal tal-gazzetta sostna l-problema reali fil-Partit Nazzjonalista huwa l-istess kandidat.
Qal li din il-ġimgħa kien hemm raġġ ta’ dawl meta fl-aħħar minuta, il-kunsill amministrattiv ħatar kummissjoni biex teżamina l-kandidati, iżda kollox baqa’ kif kien u qabbel din is-sitwazzoni bħal murtal li ma jieħux.
Għalkemm fisser id-dikjarazzjoni ta’ Busutill li jirtira mit-tellieqa li kieku safa bl-istess kundanna ta’ Delia, bħala messaġġ car lill-kunsillieri tal-partit biex għada ma jivvotawx għal Delia.
L-editorjal tat-Times jgħid li Delia ġie jaqa’ u jqum mid-deciżjoni tal-kunsill amministrattiv u għamel waħda bħal Trump meta qal li dan kien pjan kontrih mill-establishment tal-partit biex iwaqqfu mit-tiġrija.
Madankollu jinnota li meta magħfus, Delia naqas milli jsemmi b’isimhom min jagħmel parti minn dan l-establishment.
Sostna li Delia qarraq bil-partit li jrid isir kap tiegħu u li l-PN issa jittama li l-kunsillieri tiegħu joħorġuh minn din it-tgħaffiġa li daħal fiha.
Qal li meta Busuttil irriżenja mill-kariga, ftit kienu li riedu jidħlu għal dan l-inkarigu u dawk kollha li ressqu għaliha ma jikkonvincu xejn.
Qal li dawk li vvotaw lill-PN ħaduha bi kbira li ħadt ta’ stoffa ma resaq ‘il quddiem bħal donnhom kienu diġa jafu li l-partit nazzjonalista riesaq għal telfa oħra fl-elezzjoni li ġejja.
Qal li l-qassata li kien imiss kienet in-nuqqas ta’ verifika li saret fuq il-kandidati u l-firda u l-manuvri minn wara dahar xulxin li bdew isiru sa mal-bidu tal-kampanja.
L-editorjal ta’ The Times jagħmel ukoll referenza għall-ħerba li kienet għaddejja fid-Dar Centrali l-Erbgħa filgħaxija u kif il-partitarji Nazzjonalisti kienu kostretti jsegwu dak li kien għaddej fid-Dar Centrali minn fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista. Dan għax il-midja tal-partit injorat għalkollox dak li kien qed jiġri fuq l-għatba tad-dar tagħha stess.
L-editorjal ta’ The TIMES ittama li Simon Busuttil jagħmel bicca xogħol aħjar fil-kumitat li nħatar fil-Parlament Ewropew minn dik li għamel il-partit tul it-tmexxija tiegħu.